Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

(SNS JU) L-Impriża Konġunta għal Networks u Servizzi Intelliġenti

L-SNS JU tippromwovi t-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa f’networks u f’servizzi intelliġenti futuri billi ssaħħaħ l-aspetti pożittivi attwali tal-industrija u billi testendi l-ambitu mill-konnettività tal-5G għall-katina tal-valur strateġika usa’ inkluż il-forniment ta’ servizzi bbażati fuq il-cloud kif ukoll il-komponenti u l-apparati. Biex jintlaħaq dan, din l-aġenzija tibni fuq żewġ pilastri: it-trawwim tas-sovranità teknoloġika tal-Ewropa fis-6G billi jiġi implimentat il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni relatat li jwassal għall-ħolqien u l-istandardizzazzjoni lejn l-2025; u t-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-5G fl-Ewropa bil-ħsieb li jiġu żviluppati swieq ewlenin diġitali u tiġi permessa t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika tal-ekonomija u tas-soċjetà.

Location
Brussell (il-Belġju)