Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships mal-Membri Parlamentari Ewropej (MEPs)

Il-Parlament Ewropew, minbarra li joffri traineeships fis-Segretarjat tiegħu (l-hekk imsejħa traineeships Schuman) joffri wkoll Traineeships mal-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs).

L-MEPs  jistgħu joffru traineeships bi ħlas fl-uffiċċji tagħhom fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell (jew Strasburgu) abbażi ta’ ftehim mal-Parlament Ewropew.

It-tul ta’ żmien tat-traineeship huwa bejn sitt ġimgħat u ħames xhur konsekuttivi, u jiġi deċiż mill-Membru tal-Parlament li jagħti t-traineeship. Tista’ tibda fi kwalunkwe ħin matul is-sena.

It-trainees jirċievu għotja ta’ kull xahar li tista’ tvarja bejn €858 u €1,407 għal traineeship full-time.

 

Għaliex għandek tapplika

It-traineeship jippermettilek tifhem aħjar il-metodi ta’ ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Min jista’ japplika

Kandidati li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • ikollhom 18-il sena jew aktar (derogi minn dan il-limitu ta’ età jistgħu jingħataw b’rispons għal talba motivata b’mod xieraq);
  • ikunu ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta’ pajjiż ta’ adeżjoni/kandidat. Madankollu, il-Membri jistgħu joffru traineeship lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, diment li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-viża;
  • ikunu kisbu ċertifikat ta’ edukazzjoni sekondarja li jikkorrispondi għal-livell meħtieġ għad-dħul fl-università, jew ikunu segwew kors ta’ studju ogħla jew tekniku għal livell ekwivalenti, jew ikunu kisbu diploma universitarja;
  • ikollhom għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
  • ma jkunux parti minn kuntratt ta’ impjieg jew minn xi relazzjoni kuntrattwali matul it-traineeship tagħhom;
  • ma jkunu la għamlu traineeship preċedenti ma’ Membru, u lanqas ma jkunu ħadmu qabel bħala assistenti parlamentari ta’ Membru, kemm jekk lokali kif ukoll jekk akkreditat.

Kif tapplika

Biex tippreżenta applikazzjoni, jeħtieġ li tikkuntattja direttament lill-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernati.

 

Ara l-fuljett: Traineeships u żjara ta’ studju mal-MEPs  

Sib aktar informazzjoni fuq: https://www.europarl.europa.eu/at-your-service/en/work-with-us/traineeships