Jekk il-Bord tas-Selezzjoni jaċċettak mill-ġdid wara li tkun saret ir-reviżjoni, inti tidħol mill-ġdid fil-proċess fl-istadju fejn tkun ġejt eskluż, irrispettivament minn fejn tkun waslet sadattant il-kompetizzjoni.
X’jiġri jekk niġi aċċettat mill-ġdid wara r-reviżjoni iżda l-kompetizzjoni tkun diġà għaddiet għall-pass li jmiss?
Issottomettejt talba għal reviżjoni u ma rċevejtx tweġiba, jeħtieġli nibgħat tfakkira?
Jekk irċevejt konferma tar-riċevuta wara li tkun bgħatt l-ilment inizjali tiegħek, ma għandekx tibgħat tfakkira sakemm ma jkunx għadda tul ta’ żmien sinifikanti minn mindu ktibt.
It-tweġibiet għal reviżjoni jistgħu jieħdu diversi ġimgħat biex jitħejjew. Il-Bord tas-Selezzjoni għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi, u hu biss wara li jsir dan li t-tweġibiet ikunu ppreparati u mibgħutin.
Jiena għandi diżabbiltà u kelli l-problemi biex naċċessa l-profil tal-EPSO u/jew matul il-proċedura ta’ selezzjoni tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja biex naqsam l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħi?
Accessibility is very important to EPSO. We continually work to improve the accessibility of our communication and selection procedures.
However, if you run into difficulties linked to the accessibility of your EPSO account or our website, please contact us to share your observations and recommendations.
If necessary, EPSO produces adapted formats accessible to assistive technology
Your feedback is essential to us. It helps us improve our services by making them more accessible to everyone.
You can find out more about EPSO's work to improve accessibility on our equal opportunities webpage.
X’għandi nagħmel jekk inħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust matul il-kompetizzjoni minħabba d-differenza/i tiegħi?
L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni, u jagħmel kull sforz sabiex jirrispetta l-opportunitajiet indaqs, it-trattament ugwali u l-aċċess ugwali għall-applikanti kollha tiegħu.
Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust jew diskriminatorju, minħabba waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar: is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet u l-emozzjonijiet tiegħek.
Aħna nagħtu attenzjoni kbira lill-feedback mingħand l-applikanti, li huma fil-qalba tal-politiki u l-prassi tagħna dwar l-immaniġjar tal-ugwaljanza, tad-diversità u tal-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni dwar kif nipprattikaw dawn il-politiki, jekk jogħġbok ara l-paġna web tagħna ddedikata għall-opportunitajiet indaqs.
Mhux it-testijiet kollha huma identiċi. Dan ġust?
Meta jintużaw testijiet bil-miktub differenti fl-istess kompetizzjoni (eż. testi għat-traduzzjoni) dawn it-testijiet jintgħażlu b’mod li jkollhom l-istess livell ta’ diffikultà.
Jien għandi għarfien perfett tal-lingwa, kien ħaqqni aktar punti
Peress li l-istandard rikjest hu għoli ħafna u l-kompetizzjoni hi rigoruża, irid ikollok ħiliet eċċellenti tal-kitba fil-lingwa ewlenija teigħek, ħiliet eċċellenti ta’ qari u komprensjoni fil-lingwa/i sors teigħek u possibbilment għarfien tal-kultura fil-lingwa/i mira u sors tiegħek jew il-kapaċità li tispeċjalizza f’suġġett wieħed jew aktar.
Jien traduttur bl-esperjenza, kien ħaqqni aktar punti
Ir-riżultat tat-test tiegħek hu bbażat fuq il-prestazzjoni tiegħek fil-jum tat-test u ma tistax tinvoka l-esperjeza professjonali tiegħek jew il-kwalifiki tiegħek biex tikkontesta d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni dwar il-prestazzjoni tiegħek.
Konvint li sar żball materjali fir-riżultat tat-test tiegħi (eż. irċevejt ir-riżultat ta’ kandidat ieħor/ma ġiex ikkoreġut it-test sħiħ tiegħi)
Qabel ma jikkomunika r-riżultati, il-Bord ta’ Selezzjoni jkun ivverifikahom, approvahom u vvalidahom.
Il-kummenti huma limitati wisq, għandi bżonn aktar spjegazzjonijiet dwar il-punteġġ tiegħi
Suppost diġà rċevejt il-punteġġ u l-kummenti fl-ittra tar-riżultati tiegħek. Mhux se jiġu provduti aktar kummenti.
Għaliex ġibt punteġġ daqshekk baxx fit-test preliminari tiegħi?
L-ewwel nett, il-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif it-test kellu jkun evalwat hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest mwettaq mill-Bord.
Elementi differenti jistgħu jispjegaw il-punti li jagħtik il-Bord ta’ Selezzjoni, li huma bbażati fuq kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel u l-kummenti tal-eżaminatur:
Fil-każ ta’ testi għat-traduzzjoni, pereżempju, il-marki jitnaqqsu għal:
- Omissjonijiet
- Żbalji fit-tifsira, il-grammatika, it-terminoloġija, ir-reġistru
- Diffikultajiet biex jitwassal is-sens tat-test
- Nuqqas ta’ vokabularju meħtieġ mit-test għat-traduzzjoni
- Traduzzjoni mhux sħiħa
- eċċ.
Trid tqis li mil-lat legali
- L-għoti tal-punti ġeneralment isir b’mod anonimu minn eżaminaturi kwalifikati abbażi ta’ “tabella tal-marki”
- L-eżaminaturi jingħataw linji gwida stretti f’termini ta’ standards tal-kwalità
- Il-marki jitnaqqsu għall-iżbalji (testi għat-traduzzjoni)
Qrajt l-informazzjoni u tixtieq tressaq ilment issa?