Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’inhuma l-istruzzjonijiet ewlenin biex napplika għal proċedura ta’ selezzjoni tal-EPSO?

  • Qabel tibda l-applikazzjoni tiegħek, ara li d-dettalji kollha fil-profil tal-EPSO tiegħek huma aġġornati.
  • Trid taqra l-Avviż tal-Kompetizzjoni/ is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess u r-Regoli ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa/ ir-Regoli Ġenerali li jirregolaw is-Selezzjoni tal-Aġenti Kuntrattwali biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżit kollha tal-eliġibbiltà
  • Issib il-link biex tapplika fis-sit web EU Careers ladarba jiftaħ il-perjodu ta’ reġistrazzjoni.
  • Ħu l-ħin tiegħek biex timla l-applikazzjoni tiegħek, peress li teħtieġ xogħol konsiderevoli. Ir-responsabbiltà biex tivvalida l-applikazzjoni qabel l-iskadenza hija tiegħek biss.
  • Qabel tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, iċċekkja l-kontenut tal-applikazzjoni tab tab peress li ladarba tivvalidaha l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi modifikata aktar. 
  • Trid timla l-applikazzjoni tiegħek bil-lingwa speċifikata fl-Avviż / fis-Sejħa.
  • Xi formoli ta’ applikazzjoni bħalissa huma disponibbli biss bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Irreferi għal din it-tabella biex issib il-labels/komponenti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
  • Indika kwalunkwe arranġament speċjali meħtieġ biex tkun tista’ tagħmel it-testijiet. L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fis-sit web tal-EPSO. Ikkuntattjana minnufih jekk ikollok bżonn l-għajnuna bl-applikazzjoni online tiegħek.
  • Għandek biss tikkopja/tippejstja minn text file (.txt) pur, billi tuża proċessur sempliċi tal-kliem (eż. NotePad fuq il-Windows, TextEdit fuq il-Mac OS X) sabiex tevita li tinserixxi spazji mhux neċessarji jew karattri inkompatibbli.
  • Evita li tuża l-buttuni “forward” jew “back” tal-browser int u timla l-formola ta’ applikazzjoni u meta tiċċaqlaq bejn forom ta’ applikazzjoni differenti fil-profil tal-EPSO tiegħek (pereżempju biex taċċessa d-data mill-applikazzjonijiet preċedenti tiegħek) iżda minflok uża l-buttuni fuq l-iskrin.
  • Is-sistemi tal-EPSO jappoġġjaw il-browsers tal-Internet l-aktar komuni. Jekk tiltaqa’ ma’ xi problema, jekk jogħġbok ikkunsidra li l-ewwel tibdel il-browser qabel ma tikkuntattjana. L-użu tat-tagħmir mobbli biex timla l-formola ta’ applikazzjoni mhux rakkomandat.
  • Hekk kif tibda l-applikazzjoni tiegħek, se tirċievi numru tal-applikazzjoni. Dejjem semmi dan in-numru fil-korrispondenza tiegħek mal-EPSO.
  • Il-kandidati se jiġu mistiedna fi stadju aktar tard tal-proċedura ta’ selezzjoni (normalment flimkien mal-istedina għaċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni) biex japplowdjaw dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom fil-formola tal-applikazzjoni.
  • Il-mistoqsijiet mibgħuta lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati tal-EPSO matul l-aħħar jiem tal-perjodu tal-applikazzjoni għandu mnejn ma jitweġbux qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.