Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’inhu t-test bil-miktub?

It-terminu “test bil-miktub” jinkludi tliet tipi differenti ta’ testijiet li l-EPSO se juża skont il-ħtiġijiet espressi mis-servizzi ta’ reklutaġġ f’konformità mal-avviż rilevanti tal-kompetizzjoni:

  1.        Test bil-miktub (WT) relatat mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni, li jivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub. 
  2.        Test bil-miktub relatat mal-qasam (FRWT), li jivvaluta l-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub u l-għarfien fil-qasam rilevanti tal-kompetizzjoni.
  3.        Essay b’test liberu dwar kwistjonijiet tal-UE (EUFTE), li jivvaluta biss il-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub. 

Il-kandidati se jkunu meħtieġa jwieġbu għall-kompiti tat-test abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-EPSO relatata mal-qasam/oqsma tal-kompetizzjoni.

It-test bil-miktub mhuwiex test tal-lingwa. Il-kandidati se jiġu vvalutati abbażi tal-“ankri” speċifiċi elenkati hawn taħt (“ankri” huma l-elementi meqjusa minn dawk li jikkoreġu t-test (jiġifieri l-assessuri) meta jivvalutaw kompetenza partikolari).

“Ankri” għall-ħiliet tal-komunikazzjoni bil-miktub:

Il-kandidat:

  • Jikteb b’mod konċiż mingħajr l-użu ta’ kliem u sentenzi mhux meħtieġa.
  • Jippreżenta s-suġġett b’mod li jinftiehem.
  • Jadatta/ifassal il-kitba għall-udjenza u l-iskop maħsuba.
  • Juża l-informazzjoni pprovduta biex jittratta l-kompitu.
  • Il-komunikazzjoni bil-miktub hi strutturata bi fluss ta’ ideat loġiku.